EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0075

Kawża T-75/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Nu Air Polska vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw miċ-Ċina — Rifjut parzjali ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa — Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni — Tnaqqis tad-dazji antidumping — Varjazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Nu Air Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-75/12) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw miċ-Ċina - Rifjut parzjali ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa - Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Tnaqqis tad-dazji antidumping - Varjazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”))

(2016/C 048/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nu Air Polska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u A Bochon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, K. Talabér-Ritz u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni K (2011) 8826 finali, C (2011) 8803 finali u K (2011) 8801 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-imsemmija deċiżjonijiet, għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti des effets tal-imsemmija deċiżjonijiet sakemm il-Kummissjoni tkun adottat il-miżuri neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ser tingħata.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-deċiżjoniijet tal-Kummissjoni K (2011) 8826 finali, C (2011) 8803 finali u K (2011) 8801 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan ma jagħtix lil Nu Air Polska sp. z o.o. rimbors tad-dazji antidumping imħallsa indebitament lil hinn mill-ammonti li jissemmew fihom.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


Top