EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0048

Kawża T-48/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – British Airways vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-48/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 048/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Airways plc (Harmondsworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment K. Lasok, QC, R. O’Donoghue, barrister, u B. Louveaux, solicitor, sussegwentement R. O’Donoghue, B. Louveaux u J. Turner, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan, S. Noë u N. von Lingen, aġenti, assistiti inizjalment minn B. Doherty, sussegwentement minn A. Bates, barristers, sussegwentement N. Khan u A. Dawes, aġenti, assistiti minn A. Bates)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn fiha l-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, qieset li British Airways plc, l-ewwel nett, kienet ipparteċipat fir-rifjut ta’ ħlas tal-kummissjonijiet, it-tieni nett, kienet wettqet ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru bejn it-22 ta’ Jannar 2001 u l-1 ta’ Ottubru 2001 u, it-tielet nett, kienet ipparteċipat fi ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru minn Hong Kong (iċ-Ċina), mill-Ġappun, mill-Indja, Mit-Tajlandja, minn Singapor, mill-Korea t’Isfel u mill-Brażil u, min-naħa l-oħra, imponitilha multa.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn British Airways plc.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


Top