EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0040

Kawża T-40/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 048/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Latam Airlines Group SA, li kienet Lan Airlines SA (Santiago, iċ-Ċili); u Lan Cargo SA (Santiago) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, N. von Lingen u G. Koleva, sussegwentement G. Koleva u A. Dawes, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont multa imposta fuq dawn tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Latam Airlines Group SA, li kienet Lan Airlines SA, u Lan Cargo SA.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Latam Airlines Group SA u Lan Cargo SA.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


Top