EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0600

Kawża C-600/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Novembru 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Lemnis Lighting BV

OJ C 48, 8.2.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Novembru 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Lemnis Lighting BV

(Kawża C-600/15)

(2016/C 048/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Lemnis Lighting BV

Domanda preliminari

L-intestaturi 8539, 8541, 8543, 8548 u 9405 tan-Nomenklatura Maqgħuda għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti bħal-lampi led, li huma magħmula minn dajowds li jagħtu d-dawl u komponenti elettriċi oħra, kif ukoll minn kapsula tal-ħġieġ u minn fitting Edison, u li jservu biex idawlu wara li jkunu ddaħħlu f’tagħmir għad-dawl, għandhom jiġu kklassifikati taħt waħda minn dawn l-intestaturi? Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, taħt liema minn dawn l-intestaturi għandhom jiġu kklassifikati dawn il-prodotti? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, taħt liema intestatura oħra għandha ssir il-klassifikazzjoni?


Top