EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0350

Kawża C-350/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trieste – L-Italja) – Florin Lazar vs Allianz SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 864/2007 — Artikolu 4(1) — Kunċetti ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu”, ta’ “dannu” u ta’ “konsegwenzi indiretti tal-fatt dannuż” — Danni mġarrba personalment minn membru tal-familja ta’ persuna li mietet wara inċident tat-traffiku — Liġi applikabbli)

OJ C 48, 8.2.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trieste – L-Italja) – Florin Lazar vs Allianz SpA

(Kawża C-350/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Artikolu 4(1) - Kunċetti ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu”, ta’ “dannu” u ta’ “konsegwenzi indiretti tal-fatt dannuż” - Danni mġarrba personalment minn membru tal-familja ta’ persuna li mietet wara inċident tat-traffiku - Liġi applikabbli))

(2016/C 048/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Trieste

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Florin Lazar

Konvenuti: Allianz SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali li jirriżulta minn inċident tat-traffiku, fis-sens li d-danni marbuta mal-mewt ta’ persuna f’inċident bħal dan li jkun seħħ fl-Istat Membru fejn tressqet il-kawża u mġarrba mill-qraba tagħha li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “konsegwenzi indiretti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014


Top