EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0129

Kawża F-129/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 414, 14.12.2015, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-129/15)

(2015/C 414/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Jeannin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, il-perijodu ta’ servizz ekwivalenti għal 26 jum irrikonoxxut wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jingħata EUR 1 simboliku fir-rigward tad-dannu morali allegatament imġarrab.

Talbiet

Jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent kif ukoll id-deċiżjoni impliċita, permezz tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2015 dwar l-għoti u l-ħlas tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-imsemmija pensjoni, il-perijodu ta’ 26 jum miksub permezz tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni mill-iskemi tal-irtirar ta’ Franza magħrufa bħala CNAVTS-ARRCO u MSA;

jagħti EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ EUR 3  500 bħala spejjeż.


Top