EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0126

Kawża F-126/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – ZZ et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

OJ C 414, 14.12.2015, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/42


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – ZZ et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-126/15)

(2015/C 414/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Kumpens lir-rikorrenti għad-dannu materjali li batew minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom miksuba taħt is-sistema nazzjonali wara t-trasferiment tagħhom lejn is-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas is-somom imsemmija fir-rikors lil kull fond jew assigurazzjoni f’isem ir-rikorrenti;

sussidjarjament, tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas EUR 61  121,08 lil ZZ, EUR 1 29  440,98 lil [rikorrent ieħor], EUR 76  324,29 lil [rikorrent ieħor], EUR 99  565,13 lil [rikorrent ieħor], liema somom għandhom jiżdiedu bl-interessi bir-rata ta’ 3,1 % fis-sena mid-data tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom fir-RPIUE;

sussidjarjament, tikkonstata li l-Qorti tal-Ġustizzja wettqet żball fl-okkażjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


Top