EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0552

Kawża T-552/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà — Talba għad-danni — Inammissibbiltà”)

OJ C 414, 14.12.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà - Talba għad-danni - Inammissibbiltà”))

(2015/C 414/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn ir-regolamenti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.


Top