EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0442

Kawża C-442/15 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2015 minn Pensa Pharma, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-544/12:Pensa Pharma, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S

OJ C 414, 14.12.2015, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/15


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2015 minn Pensa Pharma, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-544/12:Pensa Pharma, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S

(Kawża C-442/15 P)

(2015/C 414/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pensa Pharma, SA (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-każijiet konġunti T-544/12 u T-546/12,

tilqa’ l-azzjoni għall-annullament ippreżentata minn Pensa Pharma S.A. kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell fil-Każ R-1883/2011-5 kif ukoll il-Każ R-1884/2011-S

tikkundanna l-Uffiċċju u l-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi kbir meta ċaħdet il-pretensjoni tal-appellanti li s-sottomissjonijiet magħmula waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali kienu ammissibbli billi ma kienux ġodda iżda kienu jkabbru biss l-argumenti legali sottomessi preċedentement lill-Bord tal-Appell kif ukoll lill-Qorti Ġenerali.

2.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqqset milli ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Bord tal-Appell kien naqas milli jagħti r-raġunijiet għaliex ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellament li tilqa’ l-applikazzjoni tal-appellata għall-invalidità fil-proċedimenti kkonsolidati li inizjalment kienu jikkonsistu minn erba’ applikazzjonijiet separati and li tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż tal-erba’ proċedimenti mressqa quddiem l-Uffiċċju minkejja l-fatt li d-deċiżjonijiet ikkonsolidati t-tnejn kienu bbażati biss fuq drittijiet invokati u/jew posseduti minn wieħed miż-żewġ applikanti rispettivi.

3.

Minbarra dan, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li qed tiġi mistħarrġa hija bbażata wkoll fuq distorsjoni ta’ fatti u ta’ evidenza kif ukoll fuq kunċett żbaljat u misapproprjazzjoni tal-kompetenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn naqqset li tapplika b’mod xieraq il-fatti disponibbli u l-liġi fl-ambitu tat-tieni aggravju, jiġifieri, il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 (1). Li kieku l-Qorti Ġenerali rrispettat il-prinċipji fundamentali tal-liġi, inkluż id-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll id-dritt li jingħataw raġunijiet insostenn ta’ deċiżjoni, kienet tilqa’ l-azzjoni miġjuba quddiemha. Dan jgħodd iktar billi l-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell b’għarfien sħiħ tal-fatt li l-bażi tad-deċiżjonijiet, b’mod partikolari l-eżistenza tat-trade mark nazzjonali tal-Benelux u dik Franċiża, fiż-żmien tad-deċiżjoni taħt appell quddiem il-Qorti Ġenerali ma kienet la ppruvata mill-appellata u lanqas ma kienu ngħataw. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1) kif ukoll l-Artikolu 53(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 sa fejn applikat kriterji legali żbaljati fl-istabbiliment li r-reġistrazzjonijiet għat-trade mark tal-appellanti kellhom jiġu kkanċellati bbażat fuq reġistrazzjonijiet għal trade mark tal-Benelux u dik Franċiża preċedenti.

4.

L-iżbalji mwettqa huma kemm ta’ natura ta’ proċedura kif ukoll ta’ liġi sostantiva. Għaldaqstant l-appellanti l-ewwel nett ser turi n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tammetti s-sottomissjonijiet li saru fis-seduta u t-tieni nett tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali wasslet għall-konklużjoni li t-tieni aggravju mqajjem quddiemha kien fondat minħabba ksur tal-prinċipji rikonoxxuti ta’ proċess xieraq tal-liġi kif ukoll fid-dawl tal-fatti mogħtija.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Top