EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0277

Kawża C-277/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Bejgħ minn entità meqjusa ineżistenti)

OJ C 414, 14.12.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-277/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Bejgħ minn entità meqjusa ineżistenti))

(2015/C 414/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal oġġetti li ġew provduti lilha minħabba li l-fattura nħarġet minn operatur li għandu jitqies, fid-dawl tal-kriterji previsti minn din il-leġiżlazzjoni, li huwa operatur ineżistenti u li huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-identità tal-fornitur reali tal-oġġetti, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma l-persuna taxxabbli tiġi obbligata twettaq verifiki li ma hijiex obbligata twettaq, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li l-imsemmija provvista kienet involuta fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


Top