EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/411/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ C 411, 11.12.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/05)

1.

Fl-4 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Panalpina Welttransport (Holding) AG (“Panalpina”, l-Iżvizzera) u Flower Retail Europe BV (“Flower Retail”, in-Netherlands) ikkontrollati minn Dutch Flower Group BV (“DFG”, in-Netherlands) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Airflo BV (in-Netherlands) u Airflo Ltd (il-Kenya) (flimkien “Airflo”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Panalpina: l-ispedizzjoni ta’ merkanzija bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art u servizzi addizzjonali bħal pereżempju kuntratti ta’ loġistika,

—   għal DFG: in-negozjar ta’ prodotti ta’ fjuri,

—   għal Airflo: l-ispedizzjoni ta’ merkanzija bl-ajru ta’ prodotti li jitħassru, bi speċjalizzazzjoni fi spedizzjoni ta’ fjuri maqtugħin friski mill-Kenja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top