Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0369

Kawża T-369/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Sequoia vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali SEQUOIA CAPITAL — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEQUOIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni”)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Sequoia vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL)

(Kawża T-369/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali SEQUOIA CAPITAL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEQUOIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2015/C 389/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sequoia Capital Operations LLC (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Delord, A. Rendle, solicitors, u G. Hollingworth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sequoia Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1457/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sequoia Capital LLP u Sequoia Capital Operations LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sequoia Capital Operations LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


Top