Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0209

Kawża T-209/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar) (“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar — Raguni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

OJ C 389, 23.11.2015, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T-209/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar - Raguni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 389/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1276/2013-1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carsten Bopp huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


Top