Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0625

Kawża T-625/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling collection de lingerie) (“Trade mark Komunitarja — Proċediment ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling collection de lingerie)

(Kawża T-625/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 389/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Kalkutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1502/2012-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI), tas-17 ta’ Settembru 2013, (Każ R 1502/2012-2) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-prodotti kkonċernati mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u li jidħlu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-Klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u s-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u artikli ta’ lingerie femminili, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u kożmetiċi, bjankerija tad-dar u tal-banju”, kkonċernati mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u li jidħlu fil-klassi 35 fis-sens tal-ftehim imsemmi.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014


Top