Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0261

Kawżi magħquda T-261/13 u T-86/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni [“HICP — Regolament (KE) Nru 2494/95 — Indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT) — Regolament (UE) Nru 119/2013 — Indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien — Regolament (UE) Nru 93/2013 — Eurostat — Komitoloġija — Miżuri ta’ implementazzjoni — Proċedura regolatorja bi skrutinju”]

OJ C 389, 23.11.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-261/13 u T-86/14) (1)

([“HICP - Regolament (KE) Nru 2494/95 - Indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT) - Regolament (UE) Nru 119/2013 - Indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien - Regolament (UE) Nru 93/2013 - Eurostat - Komitoloġija - Miżuri ta’ implementazzjoni - Proċedura regolatorja bi skrutinju”])

(2015/C 389/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: fil-kawża T-261/13, M. Bulterman, J. Langer u B. Koopman, u fil-kawża T-86/14, M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Fil-kawża T-261/13, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013, tal-11 ta’ Frar 2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (ĠU L 41, p. 1) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 119/2013, kif ukoll, fil-kawża T-86/14, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, p. 14) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-261/13, il-punt 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013, tal-11 ta’ Frar 2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti, huwa annullat.

2)

Fil-Kawża T-86/14, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien, huwa annullat.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013.


Top