Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0060

Kawża T-60/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 389, 23.11.2015, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI

(Kawża T-60/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Hartmann, N. Voß u S. Fröhlich, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG u Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4) hija annullata sa fejn hija tilqa’ parzjalment l-oppożizzjoni magħmula minn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.

3)

Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013


Top