Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0674

Kawża T-674/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna implementata mill-aworitajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark — Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku — Kunċett ta’ għajnuna — Sentenza Altmark”)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/11) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna implementata mill-aworitajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark - Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku - Kunċett ta’ għajnuna - Sentenza Altmark”))

(2015/C 389/25)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Støvlbæk u U. Nielsen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assisstita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holdgaard, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark hija annullata sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u l-1996 imħallas lil TV2 permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

5)

Ir-Renju tad-Danimarka u Visat Broadcasting UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 80, 17.3.2012.


Top