Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0484

Kawża C-484/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Kroazja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

OJ C 389, 23.11.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Kroazja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

(Kawża C-484/15)

(2015/C 389/21)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Novom Zagrebu, Stalna služba u Samoboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ibrica Zulfikarpašić

Konvenut: Slaven Gajer

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-liġi Kroata dwar l-eżekuzzjoni forzata li huma relatati mat-titolu eżekuttiv Ewropew huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) u, b’mod iktar preċiż, fil-Kroazja, fil-proċeduri ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument awtentiku, il-kliem “imħallef”, “tribunal” u “qorti” (iktar ’il quddiem “qorti”) jinkludu wkoll in-nutara, in-nutara jistgħu joħorġu ċertifikati ta’ titolu eżekuttiv Ewropew relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ eżekuzzjoni definittivi u eżekuttivi li huma taw abbażi ta’ dokument awtentiku meta d-deċiżjoni inkwistjoni ma ġietx ikkontestata u, fil-każ li huma ma jkunux jistgħu jagħmlu dan, qorti tista’ toħroġ ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv Ewropew li jirreferi għal deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni adottata minn nutar abbażi ta’ dokument awtentiku meta din id-deċiżjoni essenzjalment tirrigwarda kreditu mhux ikkontestat u, f’dan il-każ, liema formola għandha tintuża?


(1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).


Top