Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0454

Kawża C-454/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessische Landesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessische Landesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

(Kawża C-454/15)

(2015/C 389/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessische Landesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Webb-Sämann

Konvenut: Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

Domanda preliminari

Interpretazzjoni nazzjonali li tipprevedi li djun salarjali dovuti, li ġew fdati lill-persuna li timpjega sabiex jinżammu għandu bil-għan li jitħallsu f’data stabbilita fi fond ta’ rtirar, iżda li ma tħallsux minn dan tal-aħħar f’kont separat sabiex b’hekk tali djun huma esklużi mid-dritt ta’ separazzjoni mill-massa tal-falliment previst fl-Artikolu 47 tar-regolament dwar l-insolvenza (Insolvenzordnung), tikser id-dispożizzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 94/2008/KE (1) jew id-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 36).


Top