Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0508

Kawża C-508/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší správní soud – ir-Repubblia Ċeka) – Český telekomunikační úřad vs T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/22/KE (Direttiva “servizz universali”) — Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji — Effett dirett — Applikazzjoni ratione temporis)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší správní soud – ir-Repubblia Ċeka) – Český telekomunikační úřad vs T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.

(Kawża C-508/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/22/KE (Direttiva “servizz universali”) - Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji - Effett dirett - Applikazzjoni ratione temporis))

(2015/C 389/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Český telekomunikační úřad

Konvenuti: T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.

Fil-preżenza ta’: O2 Czech Republic a.s., li kienet Telefónica Czech Republic a.s., UPC Česká republika s.r.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali tkun tinkludi l-“profitt raġonevoli” tal-fornitur ta’ dan is-servizz ikkostitwit mir-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji meħtieġa minn impriża paragunabbli mal-fornitur tas-servizz universali li tkun qed tikkunsidra jekk tfornix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-perijodu kollu ta’ inkarigu jew le, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tar-riskju.

2)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipproduċu effett dirett u li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem qorti nazzjonali minn individwi sabiex jikkontestaw deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

3)

Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma hijiex applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali pprovduti mill-impriża nnominata matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni, jiġifieri, għas-sena 2004, matul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April 2004.


(1)  ĠU C 56, 16.02.2015.


Top