EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0404

Kawża C-404/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċedura mibdija minn Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 1(1)(b) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal minorenni tagħha, irrappreżentati minn tutur ad litem — Klassifikazzjoni — Neċessità ta’ approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti — Miżura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura dwar is-suċċessjonijiet)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċedura mibdija minn Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni

(Kawża C-404/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 1(1)(b) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal minorenni tagħha, irrappreżentati minn tutur ad litem - Klassifikazzjoni - Neċessità ta’ approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti - Miżura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura dwar is-suċċessjonijiet))

(2015/C 389/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-approvazzjoni ta’ ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni konkluż minn tutur tat-tfal minorenni f’isimhom tikkostitwixxi miżura dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għalhekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, u mhux miżura dwar is-suċċessjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tal-imsemmi regolament, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


Top