Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0071

Kawża C-71/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Information Rights) – ir-Renju Unit) – East Sussex Country Council vs Information Commissioner (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 2003/4/KE — Artikoli 5 u 6 — Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali — Tariffa għall-provvista ta’ informazzjoni ambjentali — Kunċett ta’ “ammont raġonevoli” — Spejjeż għaż-żamma ta’ database u spejjeż ġenerali — Aċċess għall-ġustizzja — Stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju tad-deċiżjoni li timponi tarifa)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Information Rights) – ir-Renju Unit) – East Sussex Country Council vs Information Commissioner

(Kawża C-71/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Artikoli 5 u 6 - Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali - Tariffa għall-provvista ta’ informazzjoni ambjentali - Kunċett ta’ “ammont raġonevoli” - Spejjeż għaż-żamma ta’ database u spejjeż ġenerali - Aċċess għall-ġustizzja - Stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju tad-deċiżjoni li timponi tarifa))

(2015/C 389/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Information Rights)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: East Sussex Country Council

Konvenut: Information Commissioner

Fil-preżenza ta’: Property Search Group, Local Government Association

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tariffa imposta biex jiġi pprovdut tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali ma tista tinkludi l-ebda parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użata għal dan il-għan mill-awtorità pubblika, iżda tista’ tinkludi l-spejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin iddedikat mill-persunal ta’ din l-awtorità sabiex iwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni individwali, li huma meħuda inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni ta’ din it-tariffa, sakemm l-ammont globali ta’ din it-tariffa ma jaqbiżx ammont raġonevoli.

2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li n-natura raġonevoli tat-tariffa imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali hija biss suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju ristrett, kif previst fid-dritt Ingliż, sakemm dan l-istħarriġ ikun effettwat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u, konformement mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, ikun jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-awtorità pubblika li timponi din it-tariffa tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


Top