Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0061

Kawża C-61/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento – l-Italja) – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 89/665/KEE — Kuntratti pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Spejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — Dritt għal rimedju effettiv — Spejjeż dissważivi — Stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti amministrattivi — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza — Effett utli)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento – l-Italja) – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme et

(Kawża C-61/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 89/665/KEE - Kuntratti pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Spejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi - Dritt għal rimedju effettiv - Spejjeż dissważivi - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti amministrattivi - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Effett utli))

(2015/C 389/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato

Konvenuti: Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio die Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)

Fil-preżenza ta’: Associazione Infermieristica D & F Care, Camera degli Avvocati Amministrativisti, Camera Amministrativa Romana, Associazione dei Consumatori Cittadini Europei, Coordinamento delle associazioni e dei comitati di tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e dei consumatori (Codacons), Associazione dei giovani amministrativisti (AGAmm), Ordine degli Avvocati di Roma, Società italiana degli avvocati amministrativisti (SIAA), Ordine degli Avvocati di Trento, Consiglio dell’ordine degli Avvocati di Firenze, Medical Systems SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħolijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, u bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji bħalma hija l-kontribuzzjoni unifikata inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta titressaq, quddiem il-qrati amministrattivi, azzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.

2)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ma jipprekludux la l-impożizzjoni ta’ spejjeż ġudizzjarji multipliċi fuq individwu li jressaq diversi azzjonijiet ġudizzjarji marbuta mal-istess għoti ta’ kuntratt pubbliku u lanqas li dan l-individwu jiġi obbligat iħallas spejjeż ġudizzjarji addizzjonali sabiex ikun jista’ jressaq motivi addizzjonali dwar l-istess għoti ta’ kuntratt pubbliku, fl-ambitu ta’ proċedura ġudizzjarja pendenti. Madankollu, fil-każ ta’ kontestazzjoni minn parti kkonċernata, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina s-suġġetti tal-azzjonijiet imressqa minn individwu jew il-motivi mqajma minnu fl-ambitu tal-istess proċedura. Jekk il-qorti nazzjonali tikkonstata li dawn is-suġġetti ma humiex fil-fatt distinti jew ma jikkostitwixxux estensjoni sinjifikattiva tas-suġġett tal-kawża diġà pendenti, il-qorti nazzjonali għandha tiddispensa lil dan l-individwu mill-obbligu ta’ ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji kumulattivi.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014


Top