Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0039

Kawża F-39/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 178, 1.6.2015, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/15)

(2015/C 178/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 li tiffissa l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz mal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top