Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0034

Kawża F-34/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE

OJ C 178, 1.6.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/25


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-34/15)

(2015/C 178/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2014 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.


Top