Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0158

Kawża T-158/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Abertis Infraestructuras u Abertis Telecom Satélites vs Il-Kummissjoni

OJ C 178, 1.6.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Abertis Infraestructuras u Abertis Telecom Satélites vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/15)

(2015/C 178/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Infraestructuras, SA (Barcelona, Spanja), Abertis Telecom Satélites, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, M. Maragall de Gispert, M. Santa María Fernández, J. Panero Rivas, avukati, u A. Balcells Cartagena, avukat))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imqajjma f’dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis li hija skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritta fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra l-ammonti meqjusa bħala għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni;

sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma analogi għal dawk invokati fil-Kawżi T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni u T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni.

Qed jiġu invokati, b’mod partikolari, żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ġuridika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat, fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura u fil-klassifikazzjoni tal-interpretazzjoni amministrattiva bħala għajnuna mill-Istat differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ estoppel u ta’ ċertezza legali.


Top