EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0122
Case T-122/15: Action brought on 12 March 2015 — Landeskreditbank Baden-Württemberg v ECB
Kawża T-122/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2015 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE
Kawża T-122/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2015 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE
OJ C 178, 1.6.2015, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/17 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2015 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE
(Kawża T-122/15)
(2015/C 178/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Glos, K. Lackhoff u M. Benzing, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-5 ta’ Jannar 2015 (ECB/SSM/15/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/3), billi tordna ż-żamma tal-effetti marbuta mas-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Settembru 2014 (ECB/SSM/14/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/1); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ kontroll żbaljat mill-BĊE għall-evalwazzjoni ta’ ċirkustanzi partikolari.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-fatti.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter minħabba nuqqas ta’ eżerċizzju tal-BĊE tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li jiġu eżaminati u jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ.
|
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, p. 63).
(2) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU L 141, p. 1).