Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0121

Kawża C-121/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie vs Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

OJ C 178, 1.6.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie vs Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

(Kawża C-121/15)

(2015/C 178/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

Domandi preliminari

1)

L-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni fuq l-operatur eżistenti li joffri l-provvista ta’ gass naturali lill-konsumatur finali b’tariffi rregolati, iżda li ma jimpedixxix li jsiru offerti kompetituri, bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi, min-naħa tal-fornitur eżistenti jew tal-fornituri alternattivi, għandu jitqies li jwassal għal determinazzjoni tal-livell tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali b’mod indipendenti mill-funzjonament ħieles tas-suq u jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73/KE (1)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, abbażi ta’ liema kriterji għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali intervent tal-Istat fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali mad-Direttiva 2009/73/KE?

B’mod partikolari:

a)

Sa fejn u taħt liema kundizzjonijiet l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, jippermetti lill-Istati Membri, billi jintervjenu fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali, li jfittxu li jilħqu għanijiet differenti miż-żamma tal-prezz tal-provvista f’livell raġonevoli, bħalma huma s-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali?

b)

Fid-dawl tal-għanijiet ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ koeżjoni territorjali, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE jippermetti intervent ta’ Stat Membru fl-iffissar tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali bbażat fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż sħaħ tal-fornitur eżistenti u l-ispejjeż intiżi li jiġu koperti bit-tariffi jistgħu jinkludu komponenti differenti mill-porzjon li tirrappreżenta l-provvista għal żmien twil?


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94).


Top