EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0027

Kawża F-27/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill

OJ C 127, 20.4.2015, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill

(Kawża F-27/15)

(2015/C 127/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali b’applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjonijiet li jwaqqfu r-rimbors kollu tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


Top