EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0024

Kawża F-24/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

OJ C 127, 20.4.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-24/15)

(2015/C 127/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiż għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-11 ta’ April 2014, li tirrifjuta lir-rikorrent il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp III if ukoll id-deċiżjoni konfermattiva u impliċita ta’ ċaħda tal-ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-dani kif ukoll interessi moratorji u kompensatorji b’rata ta’ 6,75 % għad-dannu morali u materjali mġarrab;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


Top