EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0021

Kawża F-21/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

OJ C 127, 20.4.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/41


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-21/15)

(2015/C 127/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata li r-rikorrent ma setax iktar, wara l-promozzjoni tiegħu fil-grad AST 5, jippretendi kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għas-sigħat żejda u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni Nru 0112/2014 li tneħħi l-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa tar-rikorrent għas-sigħat żejda b’effett mill-1/7/2014, adottata fit-3/6/2014 mill-Aġent Direttur tal-Amministrazzjoni u tal-Finanzi;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni jħallas mill-ġdid dan il-kumpens lir-rikorrent b’effett mill-istess data, kif ukoll l-interessi bir-rata tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tal-BĊE fuq l-ammont li jikkorrispondi għall-kumpensi li ma humiex ser jingħatawlu, mid-data minn meta dawn kellhom jingħatawlu u sa meta jitħallsu kollha;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni jħallas lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu materjali li jista’ jirriżulta għalih mid-deċiżjoni inkwistjoni, somma provviżorjament stabbilita għal EUR 1  000 u b’kumpens għad-dannu morali subit minnu, somma li l-ammont tagħha għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal;

tikkundanna lil Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.


Top