EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0078

Kawża T-78/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)

OJ C 127, 20.4.2015, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)

(Kawża T-78/15)

(2015/C 127/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mudhook Marketing, Inc. (Winter Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier u H. Eckermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “IPVanish” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 3 30  271

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1417/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top