EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0558

Kawża T-558/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – FSA vs UASI – Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali FSA K-FORCE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FORCE-X — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

OJ C 127, 20.4.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – FSA vs UASI – Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)

(Kawża T-558/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FSA K-FORCE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FORCE-X - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 127/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Motokit Veículos e Acessórios, SA u FSA Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 436/2012-2) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


Top