EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0045

Kawża T-45/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM u sISI — Rikors għal annullament u għal kumpens — Kwalifika mill-ġdid tar-rikors — Ammissibbiltà — Sospensjoni tal-ħlasijiet — Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-awditjar — Xandir ta’ informazzjoni lil terzi”)

OJ C 127, 20.4.2015, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2015 – Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/13) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM u sISI - Rikors għal annullament u għal kumpens - Kwalifika mill-ġdid tar-rikors - Ammissibbiltà - Sospensjoni tal-ħlasijiet - Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-awditjar - Xandir ta’ informazzjoni lil terzi”))

(2015/C 127/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rose Vision, SL (Seseña, Spanja); u Julián Seseña (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: M. Muñiz Bernuy u A. Alonso Villa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. M. García García, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni li biha din ipproċediet għas-sospensjoni tal-ħlasijiet fil-kuntest tal-Ftehim ta’ sussidju Nru 246910, relattiv għall-proġett FutureNEM, kif ukoll tar-rapport tal-awditjar finanzjarju 11-INFS-025, li din ibbażat ruħha fuqu biex tadotta l-att imsemmi, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni, fl-ammont ta’ EUR 5 8 54  264, mingħajr preġudizzju għad-danni li jistgħu jiġu evalwati matul din il-proċedura kif ukoll l-interessi akkumulati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rose Vision, SL u Julián Seseña huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


Top