EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0366(01)

Kawża T-366/11 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Bial-Portela vs UASI – Isdin (ZEBEXIR) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 127, 20.4.2015, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Bial-Portela vs UASI – Isdin (ZEBEXIR)

(Kawża T-366/11 RENV) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 127/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bial-Portela & Ca, SA u Isdin, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bial-Portela & Ca, SA.

3)

Isdin, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


Top