EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0044

Kawża C-44/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Frar 2015 – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG

OJ C 127, 20.4.2015, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Frar 2015 – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG

(Kawża C-44/15)

(2015/C 127/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Frankfurt am Main

Konvenuta: Duval GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni astratta tal-kunċett ta’ termometru fis-sens tal-intestatura 9025 tan-NM, għandhom jiġu eċċezzjonalment ikklassifikati taħt l-intestatura 9025 tan-NM (“termometri”) biss l-apparati li huma elenkati fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 9025, Taqsima B (termometri u pirometri, li jirrekordjaw jew le – punti 08.0 sa 28.0)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: L-elenkar tal-apparati inklużi fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata dwar l-intestatura 9025 tan-NM jimplika li l-apparati li ma jiffunzjonawx bil-metodi inkorporati f’dawn l-apparati (indikazzjoni tat-temperatura, pereżempju, permezz tal-espansjoni mekkanika ta’ likwidi jew ta’ metalli, ta’ bidliet fiżiċi jew ta’ impulsi elettriċi) ma jistgħux jiġu kklassifikati fl-intestatura 9025 tan-NM?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda wkoll tingħata risposta fin-negattiv: Apparat li jindika li t-temperatura ta’ oġġett li ser jitkejjel laħqet valur li ġie ddeterminat (valur limitu) huwa termometru fis-sens tal-intestatura 9025 tan-NM, minkejja li ma jkunx jissodisfa kriterji bħall-kapaċità li jirriproduċi r-riżultat tal-kejl, l-indikazzjoni kontinwa ta’ bidliet fit-temperatura u l-possibbiltà li l-apparat jintuża diversi drabi?


Top