EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0652

Kawża C-652/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mirko Saba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi — Sejħa għall-offerti ġdida — Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

OJ C 127, 20.4.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mirko Saba

(Kawża C-652/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Cagliari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Mirko Saba

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


Top