Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0109

Kawża F-109/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 3 ta’ Diċembru 2014 – DG vs ENISA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Rexissjoni ta’ kuntratt — Assenza ta’ motivazzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

OJ C 26, 26.1.2015, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2014 – DG vs ENISA

(Kawża F-109/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Assenza ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2015/C 026/56)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DG (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment P. Empadinhas, aġent, C. Meidanis, avukat, sussegwentement P. Empadinhas u S. Purser, aġenti, C. Meidanis, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li titkeċċa r-rikorrenti, li tiġi ordnata r-reintentegrazzjoni tagħha u l-ħlas tal-benefiċċji finanzjarji li hija kellha tirċievi sa minn tmiem il-kuntratt tagħha, bit-tnaqqis ta’ eventwali dħul li rċeviet matul l-istess perijodu, miżjud bl-interessi kkalkolati bir-rata fissa mill-BĊE miżjuda bi 3 punti, u t-talba għal kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni.


(1)  ĠU C 15, 18/01/2014, p. 21.


Top