Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0781

Kawża T-781/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2014 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

OJ C 26, 26.1.2015, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/42


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

(Kawża T-781/14)

(2015/C 026/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabio Cardoni (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 132602

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2532/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lil F. Cardoni, f’każ li huwa jintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top