Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0674

Kawża T-674/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Novembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Stralċ tal-imsemmija kumpannija — Stabbiliment ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-għan li tiġi eżaminata l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza” )

OJ C 26, 26.1.2015, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Stralċ tal-imsemmija kumpannija - Stabbiliment ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-għan li tiġi eżaminata l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 026/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti, J. F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, ta-9 ta’ Lulju 2014, sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [SA.21420 (2014/NN) – L-Italja – Stabbiliment ta’ Airport Handling].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top