Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0494

Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Diċembru 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda (WATT u WATT) ([ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

OJ C 26, 26.1.2015, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda (WATT u WATT)

(Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13) (1)

(([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 026/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Inceda Holding GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wald u D. Thrun, avukati)

Suġġett

Fil-Kawża T-494/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1192/2012-4), u, fil-Kawża T-495/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1193/2012-4), relatati ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inceda Holding GmbH u Sales & Solutions GmbH

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Sales & Solutions GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Inceda Holding GmbH fil-Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


Top