Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0527

Kawża C-527/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (Il-Ġermanja) fil- 21 ta’ Novembru 2014 – Ukamaka Mary Jecinta Oruche u Nzubechukwu Emmanuel Oruche vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

OJ C 26, 26.1.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (Il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2014 – Ukamaka Mary Jecinta Oruche u Nzubechukwu Emmanuel Oruche vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-527/14)

(2015/C 026/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ukamaka Mary Jecinta Oruche, Nzubechukwu Emmanuel Oruche

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Partijiet oħra: Oberbürgermeister der Stadt Potsdam, Emeka Emmanuel Mary Oruche

Domanda preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel dħul fit-territorju ta’ membru tal-familja ta’ sponsor għall-kundizzjoni li, qabel id-dħul, il-membru tal-familja jipproduċi prova li huwa jista’ jikkomunika faċilment bil-Ġermaniż?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


Top