EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0135

Kawża F-135/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs EMA

OJ C 16, 19.1.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/50


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs EMA

(Kawża F-135/14)

(2015/C 016/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Agenzija Ewropea tal-Medicini (EMA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat stat mhux attiv.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-31 ta’ Jannar 2014 li assenjat lir-rikorrent stat mhux attiv mill-1 ta’ Frar 2014 sal-allegata skadenza tal-kuntratt tiegħu fil-15 ta’ Marzu 2014, kif ukoll l-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża allegatament sabiex “tikkjarifika” r-raġuni tal-istat mhux attiv assenjat lilu;

tannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-EMA tal-15 ta’ Awwissu 2014 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ April 2014 kontra d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;

tirrimedja għad-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat għal EUR 20 000; u

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal dan ir-rikors.


Top