EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0156

Kawża F-156/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Aġir ħażin – Fastidju mis-superjuri diretti – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Kumpens mogħti abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li ma jkoprix id-dannu kollu subit – Talba għal kumpens kumplimentari)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-156/12) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aġir ħażin - Fastidju mis-superjuri diretti - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Kumpens mogħti abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li ma jkoprix id-dannu kollu subit - Talba għal kumpens kumplimentari)

(2015/C 016/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u J.C Cañoto Argüelles, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil McCoy is-somma ta’ EUR 20 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż ta’ McCoy.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013, p. 31.


Top