EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0749

Kawża T-749/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2014 – Chung-Yuan Chang vs UASI – BSH (AROMA)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2014 – Chung-Yuan Chang vs UASI – BSH (AROMA)

(Kawża T-749/14)

(2015/C 016/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Peter Chung-Yuan Chang (San Diego, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali AROMA – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 924502

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1887/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH, billi tiddikjara l-validita tal-għoti tat-trade mark Komunitarja EM Nru 924502 għal prodotti fil-klassi 7 “apparat elettriku għal kċina, jiġifieri blenders, apparat ċentrifugu, magni għall-produzzjoni tal-għaġin, robots għall-kċina u beaters” u 11 “apparat elettriku għat-tisjir, jiġifieri fran li jaħdmu bil-konvezzjoni għal użu domestiku, apparat elettrodomestiku għall-produzzjoni tal-ħobż, steamers għal użu domestiku, grills, fryers, toasters, apparat għall-waffles, apparat ta’ fuq il-mejada li jsaħħan is-soppa, apparat għat-tisjir u t-tisħin tar-ross, deidratatturi tal-ikel, taġnijiet, pressure cookers, hot plates, fran għax-xiwi u fran għat-tisjir, apparat għall-ġelat u borom għat-tisjir bil-mod” għall-prodotti msemmija;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top