EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0017

Kawża T-17/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Pocemon – Rimbors tas-somom antiċipati – Ittra li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu – Ittra ta’ tfakkira – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/13) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Pocemon - Rimbors tas-somom antiċipati - Ittra li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu - Ittra ta’ tfakkira - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2015/C 016/58)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Cordewener, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata, l-ewwel nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa s-somma kollha li l-Kummissjoni ħallsitha għall-proġett Pocemon, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), it-tieni nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tħallas kumpens f’somma f’daqqa għall-imsemmi proġett, it-tielet nett, li l-Kummissjoni ma hijiex intitolata tipproċedi għall-kumpens tas-somom dovuti minnha lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


Top