EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0556

Kawża T-556/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Royalton Overseas vs UASI – S.C. Romarose Invest (KAISERHOFF) (“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAISERHOFF – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KAISERHOFF – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regoli 20 u 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Exami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Royalton Overseas vs UASI – S.C. Romarose Invest (KAISERHOFF)

(Kawża T-556/12) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAISERHOFF - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KAISERHOFF - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regoli 20 u 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Exami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 016/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Royalton Overseas Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Năstase, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: S.C. Romarose Invest Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: R.-G. Dragomir u G.-L. Ilie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

3)

S.C. Romarose Invest għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


Top