EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0512

Kawża T-512/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru – Eżenzjoni ta’ passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Drittijiet proċedurali tal-persuni interessati”)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/11) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru - Eżenzjoni ta’ passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-persuni interessati”)

(2015/C 016/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti); u l-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u E. Mc Phillips, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)].

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)] hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair Ltd.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


Top