EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0173

Kawża T-173/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Novembru 2014 – Hesse u Lutter & Partner vs UASI – Porsche (Carrera) (“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Carrera – Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti CARRERA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 – Sostituzzjoni parzjali ta’ parti fil-kawża”)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Novembru 2014 – Hesse u Lutter & Partner vs UASI – Porsche (Carrera)

(Kawża T-173/11) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Carrera - Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti CARRERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Sostituzzjoni parzjali ta’ parti fil-kawża”)

(2015/C 016/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kurt Hesse (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat); u Lutter & Partner GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Lindner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Stolz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2011 (Każ R 306/2010-4), dwar proċediment ta’ opożizzjoni bejn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG u Kurt Hesse.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kurt Hesse u Lutter & Partner GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


Top