EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0450

Kawża T-450/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Novembru 2014 – Simba Toys vs UASI – Seven Towns (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja) (“Trade mark Komunitarja – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Kuba b’uċuħ li jkollhom struttura ta’ gradilja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma ta’ prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009] – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott – Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 207/2009] – Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott – Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009] – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009) – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009) – Karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009) – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Novembru 2014 – Simba Toys vs UASI – Seven Towns (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja)

(Kawża T-450/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Kuba b’uċuħ li jkollhom struttura ta’ gradilja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma ta’ prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009] - Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) tar-Regolament Nru 207/2009] - Assenza ta’ sinjal kompost esklużivament mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009] - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009) - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009) - Karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

(2015/C 016/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven Towns Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment M. Edenborough, QC, u B. Cookson, solicitor, sussegwentement K. Szamosi u M. Borbás, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1526/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Seven Towns Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Simba Toys GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010.


Top